APPEAL FOR VOLUNTEERS FROM DIN L-ART HELWA


Din l-Art Helwa, heritage NGO,  is needing volunteers to help it keep the historic Red Tower in Mellieha and the Wignacourt Tower in St Paul’s Bay open for longer hours during the summer months.  If you wish to volunteer a few hours a week, mornings or afternoon,  if you like meeting people from different countries, these two exciting historic places are located in splendid locations and are waiting for you.  All funds raised through visitor admissions help Din l-Art Helwa maintain these buildings for the nation. Even a few hours will help.  For more information please call the Din l-Art Helwa office, on 21225952 between 8.30 and 12.30.  Training will be given on the job.

e-newsletter

Subscribe to our e-newsletter






Print
Pass iehor lejn il-harsien ta' siti storici f'pajjizna - it-Torri tax-Xlendi PDF E-mail

Department of Information, Malta - Press Release 7 August 2009 

Il-bierah is-Segretarju Parlamentari għall-Erarji Pubblici u Artijiet, l-Onor. Jason Azzopardi għadda t-Torri tax-Xlendi lill-Kunsill Lokali tal-Munxar flimkien ma’ Din l-Art Helwa.  Din hija l-ewwel darba li saret devoluzzjoni ta’ sit pubbliku lil zewg entitajiet flimkien, biex jikkollaboraw għal għan komuni.  Prezenti waqt l-iffirmar tal-ftehim kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said.

Frott ta’ din id-devoluzzjoni, dan is-sit storiku importanti ser isir fuqu xoghol ta’ restawr, biex tinghatalu lura d-dinjita’ li tixraqlu, u jkun jista’ anke jigi sfruttat għal skopijiet turistici.  Il-mudell ta’ kollaborazzjoni bejn il-Kunsill tal-lokal, flimkien ma’ entita’ ewlenija fil-harsien tal-wirt kulturali Malti, għandu jahdem biex jigi mmassimizzat il-potenzjal ta’ dan is-sit. 

Permezz ta’ dan il-ftehim, il-Gvern qed jikkonferma kemm verament jemmen fil-Kunsilli Lokali u fl-organizzazzjonijiet non-governattivi taghna.  Il-Gvern seta’ facilment jaghzel li jikri dan it-torri għal skopijiet kummercjali u jdahhal introjtu ferm iktar gholi.  Dan pero’ jmur kontra l-ispirtu ta’ kif ghandu jintuza l-wirt storiku Malti u Ghawdxi.  Ghalhekk tajjeb li dawn l-organizzazzjonijiet jinghataw l-ghodda biex jahdmu u jinghataw l-ghajnuna kollha possibbli. 

Permezz tat-tigdid, il-Kunsilli Lokali qed jinghataw ir-responsabbilita’ li jharsu l-wirt storiku fil-konfini taghhom.  L-Onor. Chris Said qal li  biex dan isir bl-ahjar mod, ghandu jsir b’koperazzjoni ma’ ghaqdiet li huma esperti fis-settur.  It-Torri tax-Xlendi huwa prova ohra li l-Kunsilli Lokali qed jagħmlu uzu tajjeb mill-proprjetajiet devoluti lilhom u dan jinkoraggixxi ‘l Gvern sabiex ikompli jimxi bil-politika ta’ devoluzzjoni.

Il-Kunsill Lokali tal-Munxar issa ghandu tlett proprjetajiet devoluti lilu, jigifieri area fi Triq Guze’ Aquilina li se tinbidel fi playing field, il-mithna’ hdejn il-knisja tax-Xlendi u t-Torri tax-Xlendi.  Dan hu ezempju haj ta’ kif Kunsill Lokali, avolja zghir, qed jagħmel l-ahjar uzu possibbli mill-politika ta’ devoluzzjoni.

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali qal li fil-politika ta’ tigdid qed tinghata importanza lid-devoluzzjoni tal-proprjetajiet u l-iskop tal-Gvern hu li jkompli jghaddi aktar proprjetajiet lill-Kunsilli Lokali biex jaghmlu l-ahjar uzu minnhom.

It-torri li jinsab fil-bokka tal-Bajja tax-Xlendi huwa uniku ghax huwa l-eqdem torri kostali li ghadu wieqaf f’Ghawdex, mibni fl-1650 fi zmien il-Gran Mastru Lascaris.  Dan it-torri huwa partikolari wkoll ghax ghandu terrazz li jaghti għal fuq il-bahar, karatteristika unika ghalih.  Dan it-torri li huwa mibni fuq medda ta’ 156 metri kwadri u huwa maqsum fuq zewg sulari, kien jghasses il-bajja mill-pirati u kuntrabandiera.

Iz-zewg Segretarji Parlamentari zaru ukoll Mithna fl-istess lokalita’ li kienet giet devoluta lill-Kunsill tal-Munxar, u li qed tigi restawrata ghall-iskop li tkun tista’ tinfetah ghall-pubbliku fil-futur.  Din il-mithna hija ta’ nofs is-seklu Ghoxrin, u tinsab fi struttura mhaffra fil-blat. 

 
< Prev   Next >

Upcoming Events

Thu, Feb 16th, @6:00pm - 07:30
Baroque Valletta - Talk by Professor Denis De Lucca